Għal darb’oħra bosta residenti f’lokalitajiet varji reġgħu għamlu sigħat bla dawl, saħansitra ġie rrapurtat li f’Għawdex kien hemm min għamel mas-seba’ sigħat bla dawl.
Fil-lokalitajiet ta’ Ħal Qormi, Ħal Luqa, il-Gudja u partijiet mill-Gżira u San Ġwann, fost l-oħrajn, ukoll kien hemm rapporti ta’ qtugħ ta’ dawl li dam ftit mhux ħażin.
Bosta stqarrew ir-rabja tagħhom fuq il-midja soċjali fejn spjegaw li kellhom lejl bla dawl u ħafna staqsew jekk hux ser tkun in-norma matul dan is-sajf.
Intant, f’Santa Venera hemm diversi zoni li spiċċaw mingħajr il-provvista tal-ilma. Dawn jinkludu Psaila Street u Triq il-Ferrovija l-Antika, kif ukoll l-akwati tal-madwar.
Sorsi qalulna li l-ilma mistenni jiġi lura aktar tard illejla.
//= $special ?>