Il-midfielder Arġentin ta’ Chelsea Enzo Fernandez se jkun qed jaffaċċja konsegwenzi dixxiplinarji wara li deher f’filmat fil-midja soċjali jkanta kori razzisti.
Il-Federazzjoni tal-Futbol Franċiża qalet li l-kummenti ta’ Enzo Fernandez kienu razzisti u diskriminatorji. L-FA Franċiża qalet li se tkun qed iddaħħal rapport dwar dan mal-FIFA.
Wesley Fofana li wkoll jilgħab ma’ Chelsea wkoll kkumenta fuq dan il-filmat fejn sejjaħlu razzista.
Fernandez issieħeb ma’ Chelsea għal somma rekord ta’ £107 miljun u skuża ruħu wara dan il-filmat.
//= $special ?>