Matul il-ġimgħa li għaddiet, erba’ kantanti żgħar minn Għawdex kisbu riżultati tajbin fil-kompetizzjoni tal-kant ‘Magia Italiana’, f’Rimini. Din il-kompetizzjoni kienet organizzata miċ-ċentru tal-Arti Karnolsky.
Ziyad Ige Sultana ta’ 6 snin, kien wieħed mill-iżgħar kantanti li ħadu sehem u kklassifika fit-tieni post fil-kategorija tiegħu. Francesca Rapa, li għandha 12-il sena, ikklassifikat fit-tieni post. Ilyas Ige Sultana ta’ 10 snin, u Michela Rapa ta’ 13-il sena, ikklassifikaw l-ewwel post fil-kategoriji rispettivi tagħhom.
Dawn il-kantanti huma rappreżentati minn MusicLand Studio taħt il-gwida tal-għalliema Sandra Cupic.
//= $special ?>