Internazzjonali Temp

FL-EQQEL TAS-SAJF: Maltemp kbir fil-belt Kanadiża ta’ Toronto

Aktar minn 97 millimetri ta’ xita ġew irrekordjati fl-arjuport internazzjonali tal-belt Toronto, fil-Kanada. Dan ifisser li lbieraħ kienet il-ħames l-iktar ġurnata li fiha niżlet xita.

Minħabba x-xita, it-toroq tal-belt spiċċaw mimlijin ilma, u eluf ta’ nies spiċċaw bla dawl fid-djar tagħhom. L-Organizazzjoni tas-Servizzi għal Kontra n-Nirien ta’ Toronto ħabret li irċiviet kważi 1,700 telefonati bejn 6am u 3pm tal-lbieraħ – sejħiet li waslu wkoll mingħand nies li weħlu f’lift, f’karozza jew f’bini.

Filfatt, dan is-sajf il-maltempati qed iħallu ħafna ħsara fl-Amerika ta’ Fuq. L-Uragan Beryl qagħta d-dawl għal aktar minn żewġ milljun dar, u qatel mill-inqas tmien persuni.

Fil-każ ta’ Toronto, l-infrastuttura qadima tfisser li l-belt hi aktar vunerabbli għall-għargħar.

Xjentisti madwar id-dinja ilhom jwissu li maltempati perikolużi qed isiru aktar frekwenti minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima.