Meta fadal ftit jiem għall-Ftuħ tal-Logħob Olimpiku Pariġi 2024, il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li fis-26 ta’ Lulju t-tiratur Gianluca Chetcuti u l-għawwiema Sasha Gatt iġorru l-bandiera ta’ Malta waqt iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ.
Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ se ssir fuq ix-xmara Seine, fejn dgħajjes se jġorru kull delegazzjoni nazzjonali fuq medda ta’ sitt kilometri quddiem it-Trocadéro .
Gianluca Chetcuti, se jkun qed jiddebutta fl-Olimpijadi filwaqt li Sasha Gatt se tkun fit-tieni esperjenza tagħha wara d-debutt fl-Olimpijadi ta’ Tokjo.
Il-preżentazzjoni simbolika tal-bandiera ta’ Malta saret mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello, u mix-Chef de Mission tal-kontingent Malti, Paul Sultana. Preżenti wkoll Kevin Azzopardi, Segretarju Generali; Charlene Attard, Direttur tal-Isport; u Lucienne Attard, Maria Vella Galea direttur tal media
Flimkien ma’ Gianluca Chetcuti u Sasha Gatt, għall-Olimpijadi ta’ Parigi se jikkompetu wkoll għal Malta Beppe Grillo fl-Atletika, il-judoka Katryna Esposito u l-għawwiem Kyle Micallef li kollha se jkunu fl-ewwel esperjenza Olimpika.
L-impenji Olimpiċi ta’ Team Malta jibdew fis-27 ta’ Lulju bil-Judoka Katryna Esposito fil-kategorija ta’ 48kg u b’rawnds ta’ kwalifikazzjoni ta’ Gianluca Chetcuti fid-29 u t-30 ta’ Lulju. Sasha Gatt se jikkompeti fil-heats tal-1500 metru freestyle fit-30 ta’ Lulju, l-għawwiem Kyle Micallef fil-heats tal-50 metru fl-1 ta’ Awwissu, u Beppe Grillo fir-rawnd preliminari tal-100 metru fit-3 ta’ Awwissu.
