Lokali

Ir-rekord miksub minn Metsola jiddomina l-aħbarijiet madwar id-dinja

l-ġurnali tal-Erbgħa kellhom faċċata komuni – Roberta Metsola tikser rekord Ewropew wara li disa minn kull għaxar MEPs ivvutaw biex hi tibqa’ President għal mandat ieħor.

In-Nazzjon, Times of Malta, Malta Today, The Malta Independent, u anke L-Orizzont ilkoll taw prominenza kbira lir-ritratti ta’ Roberta Metsola tirċievi standing-ovation mill-MEPs fil-plenarja ta’ Strasburgu. B’aktar minn 90% tal-voti, Metsola kisret kull rekord, anke tal-ex Prim Ministru Pollakk Jerzey Busek li kien kiseb 86%, riżultat li impressjona lil kull min ilu jterraq fil-kurituri ta’ Brussell għal snin.

L-istazzjonijiet tat-televizjoni Taljani ukoll taw prominenza kbira lill-aħbar li Metsola ġiet eletta mill-ġdid President tal-Parlament Ewropew, b’intervisti magħha.

Diversi aġenziji u kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali, fosthom Reuters, Euronews, EFE fi Spanja, Ansa fl-Italja, CNN fil-Portugall, Belga fil-Belġju ZDF fil-Ġermanja u AFP fi Franza irrapurtaw li Roberta Metsola kienet kapaċi iġġib lill-partiti kollha mil-lemin sax-xellug flimkien.

Intant, l-istazzjon Nazzjonali Television Malta għażel li minflok jibda l-bulettin tal-aħbarijiet bl-aħbar tal-ġurnata madwar l-Ewropa li fil-qalba tagħha hemm Maltija li kisbet suċċess, beda il-bulettin biż-żjara li għamel li il-Prim Ministru Robert Abela fi Tripli.