It-Tour de France tkompla wara waqfa ta’ ġurnata bis-16-il stadju minn Grouissan sa Nimes fuq distanza ta’ 188. 6 kilometri.
Suċċess għall-Belġjan Jasper Philipsen ta’ Alpecin li rebaħ bi sprint fuq l-ewwel grupp f’4 sigħat 11-il minuta u 27 sekonda. Warajh bl-istess ħin daħlu Phil Bauhaus tal-Ġermanja għal Team Bahrain Victorious, Alexander Kristoff tan-Norveġja għal Uno X Mobility qabel Sam Bennett tal-Irlanda għal Decatlon AG2R La Mondiale, u l-Belġjan Wout van Aert għal Visma Lease – a – Bike.
Fil-klassifika ġenerali, fl-ewwel post saħħaħ postu is-Sloven Tadej Pogacar b’total ta’ 66 siegħa 7 minuti u 15-il sekonda, b’distakk vantaġġ ta’ 3 minuti 9 sekondi minn Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Visma Lease-a-Bik,e, u ta’ 5 minuti u 19-il sekonda minn Remco Evenepoel tal-Belġju għal Soudal Quick Step.
L-istadju li jmiss tat-Tour de France huwa bejn Saint Paul Trois Chateaux sa Super Devoluy fuq distanza ta’ 177.8 kilometri.
//= $special ?>