Enerġija Lokali

JIEM SĦAĦ BI QTUGĦ TAD-DAWL: “Sirtu arroganti wisq; erfgħu r-responsabbiltà”

“Qed ikollna qtugħ fil-provvista tal-elettriku kuljum. Tieħu qata’ jasal filgħaxija.”

Hekk iddikjara l-attivista Laburista Neville Gafà meta fuq il-midia soċjali kkritika l-fatt li għal sajf ieħor qed nesperjenzaw mill-ġdid qtugħ regolari fil-provvista tal-elettriku.

Neville Gafà kien ċar ħafna fi kliemu: “Imbierka s-sappienza t’Alla ħadd ma jerfa’ r-responsabbiltà! Sirtu arroganti wisq. Erfgħu r-responsabbiltà. Ftakru li l-poplu b’saħħtu aktar minnkom.”

F’postijiet bħall-Gżira, id-dawl inqata’ tliet darbiet f’temp ta’ jumejn. Anke f’Ħal Luqa, il-Mosta u Ħal Qormi nqata’ d-dawl. L-istess ġara f’Għawdex, fejn il-provvista tad-dawl qed tinqata’ b’mod regolari.