L-MEP il-ġdid tal-Partit Laburista Thomas Bajada kixef il-qasma evidenti li hemm bejn it-tliet MEPs tal-Labour. Tant li hu ħaseb għal rasu, u appoġġja bil-vot tiegħu lil Roberta Metsola.
Dan ifisser li żewġ MEPs tal-Labour astjenew, filwaqt li Bajada vvota favuriha.
Net News staqsa lil Thomas Bajada għalfejn ivvota differenti minn Alex Agius Saliba u Daniel Attard. U fuq kollox, għalfejn mar kontra l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista. Bit-tweġiba ta’ Thomas Bajada tkun “ejjew ninsew x’ġara fil-passat”.
Thomas Bajada tkellem dwar l-importanza tal-għaqda u li “rridu naħdmu flimkien”. Iżda dwar il-vot tal-kollegi tiegħu, stqarr li “kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu”.
Intant, mistoqsi dwar l-atteġġjament ta’ Agius Saliba, Thomas Bajada ma kkundannax il-fatt li ma qamx bil-wieqfa – meta sala sħiħa qamet iċċapċap u tifraħ lill-MEP Maltija.
//= $special ?>