“Wara proċess ta’ negozjar nistgħu nikkonfermaw il-Kumitati Parlamentari li d-delegazzjoni tal-PN se tiffoka fuqhom matul din il-leġislatura,” stqarr il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN David Casa.
Casa kiseb il-pożizzjoni tiegħu fil-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali li ħadem fuqu għal dawn l-aħħar 15-il sena, kif ukoll fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Se jkun qed iżid ukoll il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern mar-responsabbiltajiet tiegħu.
L-MEP Peter Agius se jkun qed jaħdem fuq il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, kif ukoll il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali.
“Ninsabu kuntenti bir-riżultat ta’ dawn in-negozjati li jassigura li d-delegazzjoni tal-PN tkun f’pożizzjoni tajba biex twettaq il-prijoritajiet tagħna matul din il-leġiżlatura,” temm jgħid l-MEP tal-PN
//= $special ?>