Minflok ma jippruvaw inaqqsu s-sejbiet tal-NAO, il-kapijiet tal-Enemalta kienu aħjar jispjegaw għaliex l-investiment fin-network ta’ vultaġġ għoli matul l-aħħar għaxar snin ma kienx jaqbel mal-bżonnijiet ogħla kawża ta’ popolazzjoni li qed tikber u soċjetà aktar sinjura.
Dan intqal f’editorjal tal-MaltaToday li tkellem dwar l-“arroganza” tal-Enemalta, fejn sostnew ukoll li r-reazzjoni tal-Enemalta tar-reviżjoni ta’ livell għoli tal-qtugħ tad-dawl milll-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika f’Lulju tal-2023 kienet tal-mistħija.
Il-MaltaToday qed tgħid li l-Enemalta qed tkompli ssostni li l-qtugħ tad-dawl kienu purament riżultat tal-mewġa ta’ sħana straordinarja ta’ tmint ijiem.
L-NAO sostnew li m’hemmx dubju li l-mewġa ta’ sħana fit-tul kienet ir-raġuni primarja għaliex fallew 83 ġonot fuq in-network ta’ vultaġġ għoli, u kkawża tfixkil mifrux.
Iżda l-NAO ħares ukoll lejn il-livell ta’ investiment fin-network ta’ vultaġġ għoli fuq l-istess perjodu ta’ 10 snin, il-mudell tad-domanda u t-tkabbir ekonomiku. Dan l-eżerċizzju wera li minkejja żieda fid-domanda u tkabbir ekonomiku sostanzjali, l-investiment fin-network ta’ vultaġġ għoli naqas. Vera li l-Enemalta investiet fin-network ta’ vultaġġ baxx, iżda dan ma kienx ikkumplimentat minn żieda fin-nefqa fin-network ta’ vultaġġ għoli.
L-editorjal tal-MaltaToday sostna li dan in-nuqqas ta’ investiment ikkontribwixxa għad-dgħufijiet fil-grid ta’ vultaġġ għoli li ġew affettwati meta laqtet il-mewġa ta’ sħana, iżda wkoll instab li n-network ta’ vultaġġ għoli li ma kienx fl-aħjar stat tiegħu.
Minn Lulju 2023 ‘l hawn, l-Enemalta fetħet diversi kilometri ta’ toroq biex tqiegħed cables ġodda f’diversi lokalitajiet bi’ sforz biex issaħħaħ in-network ta’ vultaġġ għoli u żżid ir-reżiljenza tiegħu, kif ukoll li poġġew u għaqdu 80km ta’ cable u l-proċess għadu għaddej wara li l-Gvern nefaq miljuni ta’ ewro oħra fil-proġett.
Dwar dan, il-MaltaToday sostna li għalhekk huwa inkomprensibbli kif l-Enemalta sempliċiment ħassret is-sejbiet tal-NAO bħala “opinjoni”. Huma staqsew għaliex l-Enemalta għandha tħassar il-konklużjonijiet tal-NAO bħala “opinjoni” meta l-fatti kif determinati mill-imġieba tal-kumpanija stess wara jiddettaw mod ieħor huwa bla twemmin. Ir-risposta tal-Enemalta tirrifletti l-arroganza tal-kapijiet tal-kumpanija.
Minflok ma jipprovaw jimminimizzaw is-sejbiet tal-NAO, il-kapijiet tal-Enemalta kienu aħjar jispjegaw għaliex l-investiment fin-netwerk ta’ vultaġġ għoli matul l-aħħar għaxar snin ma kienx jaqbel mal-esiġenzi ogħla li kienu qed isiru fuqu.
Iżda għal darb’oħra, l-MaltaToday sostnew li jidher li kulħadd huwa żbaljat ħlief huma. Ir-reazzjoni patetika tal-Enemalta turi sempliċiment li l-apoloġija li l-kumpanija għamlet is-sena l-oħra waqt id-diżgrazzja ma kienet xejn għajr kliem vojt, u huma jistennew ħafna aħjar.
//= $special ?>