FʼĠunju, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) kienet taʼ 2.2 fil-mija; tnaqqis minimu mir-rata taʼ 2.3 fil-mija rreġistrata x-xahar taʼ qabel – li jfisser li l-għoli tal-ħajja baqgħet prattikament fl-istess ilma.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li l-għoli tal-ħajja ilha kważi tliet xhur sħaħ f’dan il-livell, u s-suppost effetti tal-iskema Stabbiltà jidher li ma baqax jinħass. Jew inkella, mhux qed iħalli r-riżultati mixtieqa.
FʼĠunju 2024, l-akbar kontribuzzjoni pożittiva għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tar-Ristoranti u Lukandi (+0.71 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti. It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu innotati fl-Indiċi tal-Ikel u x-Xorb Mhux Alkoħoliku (+0.64 punti perċentwali) u fl-Indiċi tal-Prodotti u Servizzi mixxellanji (+0.31 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-ħaxix u l-prodotti għall-indafa personali, rispettivament.
//= $special ?>