Internazzjonali

L-Unjoni Ewropea: Viktor Orban akkużat bħala l-aġent ta’ Putin

Viktor Orban

 

Il-Prim Ministru tal-Ungerija, Viktor Orban, qed ikun akkużat bħala  ‘mexxej li qed jaġixxi daqslikieku xi aġent tal-President Russu Vladimir Putin’. Dan qalu Andrius Kubilius, l-eks Prim Ministru tal-Litwanja li jifforma parti mill-Partit Popolari Ewropew (il-PPE — l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew) waqt intervista lil  Euronews.

L-Ungerija, fil-preżent, għandha l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, u Kubilius, flimkien ma’ uffiċjali ewlenin oħra fi Brussell, qed jaqblu li Orban, permezz tal-aħħar żjara f’Moska, spiċċa jabbuża t-trattati tal-UE,  jiem biss wara li l-Presidenza tal-Unjoni kienetgħaddiet lil Budapest.

L-eks Prim Ministru Litwan qal li Orban żbalja bil-kbir minn aspett politiku u fejn qed juri li ma jirrispettax ir-regoli u t-tragwardi tal-Unjoni. Kubilius hu fost 63 deputat tal-UE li indirizzaw ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen fejn appellaw biex l-Eżekuttiv tagħha ineħħi d-drittijiet tal-vot lill-Ungerija bħala tweġiba għall-aħħar ‘missjoni ta’ paċi’ ta’ Orban…Missjoni li fiha l-Mexxej Ungeriż żar ukoll liċ-Ċina u r-residenza tal-eks President Amnerikan Donald Trump, f’Mar-a-Lago,