Futbol Sport

Luka Modric iġedded ma’ Real Madrid

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Kroat Luka Modric ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid għal sena oħra. Modric li għandu 38 sena rebħa 26 trofew fosthom sitt darbiet iċ-Champions League u erba’ darbiet l-La Liga.

Hu rebaħ ukoll il-Ballon d’Or fl-2018 fejn s’issa lagħab aktar minn 530 partita mal-Los Blancos u skorja 39 gowl. Matul l-istaġun li għadda Modric lagħab 46 darba ma’ Real Madrid u beda 23 partita minnhom.

Fl-EURO 2024, modric lagħab il-partita kollha fil-fażi tal-gruppi ma’ pajjiżu. Dan se jkun it-13-il staġun ta’ Modric ma’ Real Madrid.