F’Għawdex, infetħet inkjesta wara li katavru tħalla jiddikomponi wara li ma ddaħħalx fil-freezer tal-kamra mortwarja f’Għawdex.
Dan kien konfermat ma’ dan is-sit minn iben il-vittma, li spjega ma’ Net News kif meta mar il-kamra mortwarja ra lill-missieru fi stat tal-biża’, hekk kif wara ftit jiem biss kien beda jiddikomponi.
Ir-raġel kien miet wara li waqa’ minn fuq sellum fir-Rabat Għawdex.
Emozzjonat, ibnu tkellem magħna dwar ix-xena li sab ma’ wiċċu.
Hu qal li : “Id-dud kielu għajnejh u daħlu f’imnieħru, ġismu sar iswed tuta, u qiegħed jgħum fl-ilma tiegħu stess”
Iżjed minn erbat ijiem wara, il-familja għadhom ma jafux jekk il-ġisem iddaħħalx fil-freezer. U ibnu sostna li anqas biss jaf jekk jeżistux ritratti tal-awtopsja, minkejja li dawn suppost ittieħdu bil-liġi. Apparti minn hekk, il-familja ma tħallietx terġa’ tidħol fil-kamra mortwarja.
It-tifel tar-raġel sostna li: “Meta erġajna morna bħala familja ma ridux jiftħulna”
L-iben mar il-Qorti t’Għawdex fejn infetħet inkjesta dwar dan il-każ, iżda l-familja mhix se ikollha risposti għal tal-inqas tliet xhur.
It-tifel stqarr magħna li ma jistgħux jagħtuh l-aħħar tislima kif jixraqlu, hekk kif il-familja se jkollha titfa’ l-katavru f’bodybag minħabba l-istat avvanzat ta’ dikompożizzjoni li jinsab fiha.
Ma’ NET News it-tifel tal-mejjet sostna: “Se jkollna nidfnuh fit-tebut b’ġismu f’borża”
Il-familja ta’ dan ir-raġel xtaqu li Net News ixandar din l-istorja sabiex il-poplu jsir jaf x’qed jiġri minn wara l-kwinti fis-settur tas-saħħa u biex issir ġustizzja għal dan il-missier li mhuwiex se jkollu tislima li ħaqqu.
Il-familja sostniet: “Hemmhekk ħadd ma jmeri lill-ħaddieħor, u la l-ġisem għadu hemm ħadd ma jista’ jitkellem”
//= $special ?>