Il-Prim Ministru b’mod surreali tkellem dwar l-interess nazzjonali ftit tas-sigħat biss wara li l-MEPs tiegħu ma tawx l-appoġġ tagħhom lil Roberta Metsola biex terġa’ tmexxi għal terminu ieħor fil-Parlament Ewropew. Bit-tliet MEPs tal-Labour jispiċċaw iżolati u weħidhom anke minn fost sħabhom is-Soċjalisti li appoġġjaw b’saħħa n-nomina ta’ Metsola.
Ilbieraħ, Robert Abela telaq minn pajjiżna biex mar għal ftit sigħat fil-Libja. U minn hemm, għadda l-kummenti tiegħu lill-PBS.
“Kelli Maltija għall-waħda mill-ogħla karigi. U allura, jien kelli nappoġġja b’mod b’saħħtu n-nomina tagħha”, stqarr Robert Abela. Bil-Prim Ministru jgħid li hawn spikka l-interess nazzjonali. Dan filwaqt li injora għalkollox il-fatt li d-deputati tiegħu astjenew.
Mistoqsi għaliex astjenew, Abela insista li l-MEPs Laburisti “ma vvutawx kontra”.
//= $special ?>