Sport Waterpolo

Sfida denja minn Sliema iżda San Ġiljan jerġgħu jirbħu konfront dirett bil-penalties

Logħba missielta u interessanti li kellha tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties. Finalment kif ġara kontra Neptunes, San Ġiljan JP Projects ma ġewx megħluba u reġgħu rebħu konfront dirett wara l-ħin regolamentari, din id-darba kontra Sliema Frank Salt.

Is-Slimiżi offrew sfida denja anki meta wieħed iqis li għadhom qed jilagħbu mingħajr plejer barrani. Huma baqgħu qrib l-avversarji tul il-logħba kollha iżda fallew fil-mument deċiżiv. Il-logħba kienet f’mumenti diffiċli għar-referees biex jikkontrollawha, biż-żewġ settijiet ta’ plejers jilmentaw għal episodji li skont huma ġew żvantaġġjati.

Il-logħba mill-bidu kienet missielta b’Sliema jieħdu vantaġġ ta’ 2-1 sakemm Ben Plumpton u Jeremy Abela dawru l-iskor. Sliema rnexxielhom jieħdu vantaġġ ta’ 5-3 u setgħu anki skorjaw is-sitt gowl sakemm Aaron Younger naqqas id-distakk.

San Ġiljan dawru l-logħba favur tagħhom fit-tielet sessjoni. Nikolai Zammit skorja doppjetta kmieni fis-sessjoni u ta vantaġġ ta’ 6-5. Sliema wieġbu darbtejn sakemm Jeremy Abela spikka bi tripletta u kabbar il-vantaġġ għal 10-8. Kien gowl fl-aħħar sekonda tas-sessjoni minn Daniel Rizzo li żamm lil Sliema fil-logħba. F’din is-sessjoni, San Ġiljan tilfu lil Nico Schiavone li tkeċċa filwaqt li ftit wara kemm Zach Mizzi għal Sliema u Jake Bonavia ta’ San Ġiljan spiċċaw il-logħba kmieni.

San Ġiljan bnew vantaġġ ta’ 12-10, liema distakk ġie rkuprat minn Sliema, bis-Slimiżi jagħmlu l-istess permezz ta’ Dino Zammit wara l-gowl ta’ Darren Zammit. Il-logħba kellha tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties u kien hawn li Sliema ddiżappuntaw.

Għal Sliema skorja biss ir-raba’ penalty Benji Cachia wara li fallew Dino Zammit, Liam Galea u John Brownrigg, b’Jake Tanti jsalva tnejn minnhom. Għal San Ġiljan ix-xutt ta’ Plumpton ġie salvat minn Nicky Grixti filwaqt li skorjaw Matthew Zammit, Aaron Younger u Nicholas Bugelli.

Marsaxlokk MFF saħħew posthom fil-quċċata tal-Ewwel Diviżjoni b’rebħa faċli fuq Barracudas. B’hekk huma rebħu kontra kull tim fid-diviżjoni fi tmiem l-ewwel rawnd. Marsaxlokk qatt ma tilfu l-vantaġġ u kien biss fl-ewwel sessjoni li Barracudas żammew qrib l-avversarji.

Kien fit-tieni sessjoni li Marsaxlokk inqatgħu minn mal-avversarji b’Dusan Vasic jispikka b’erba’ gowls, bix-Xlukkajri marru 9-3 minn fuq. Fl-aħħar żewġ sessjonijiet, l-andament tal-logħba baqa’ l-istess, b’Marsaxlokk iżidu l-vantaġġ u Barracudas jirrispondu wara żewġ jew tliet gowls tal-avversarji.

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Otters Nivea li kisbu t-tielet rebħa fl-Ewwel Diviżjoni u telgħu fit-tieni post b’rebħa fuq Ta’ Xbiex Amigos. Konfront missielet bid-differenza prinċipali seħħet fit-tieni sessjoni. Otters kellhom iwieġbu darbtejn wara gowls tal-avversarji fl-ewwel sessjoni iżda fit-tieni sessjoni dawru r-riżultat u ħadu vantaġġ ta’ 6-3.

Doppjetta ta’ Francesco Scardino fit-tielet sessjoni naqqset id-distakk għal gowl iżda Petar Smiljevic għen lil Otters jibdew l-aħħar sessjoni 8-6 minn fuq. Kienet mistennija reazzjoni minn Ta’ Xbiex li iżda ma waslitx, b’Otters jaċċertaw mir-rebħa b’gowls ta’ Luigi Dimech u Smiljevic.

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 13

SLIEMA FRANK SALT………….. 13

(3-2), (1-3), (5-4), (3-4)

(San Ġiljan jirbħu 3-1 bl-għoti tal-penalties)

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, D. Tully, R. Caruana, A. Younger (2), M. Zammit (1), J. Bonavia, B. Plumpton (2), J. Abela (4), N. Zammit (3), D. Zammit (1), N. Schiavone, G. Borg, G. Bonavia

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (1), L. Galea (1), J. Gambin (1), S. Engerer, B. Cachia, J. Cutajar (2), D. Rizzo (1), J. Brownrigg (1), A. Galea (1), Z. Mizzi (2), D. Zammit (3), M. Castillo, J. Cassar

Referees: Ronnie Spiteri, Alessandro Roberty

L-EWWEL DIVIŻJONI

MARSAXLOKK MFF…….. 19

BARRACUDAS……………… 7

(3-2), (6-1), (5-2), (5-2)

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (1), A. Cook (1), B. Zammit, A. Aquilina, J. Valletta (4), R. Spiteri, J. Pawley, R. Galea (4), B. Lewis (2), D. Vasic (5), R. Attard, M. Brimmer, A. Fava (2)

Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja, N. Farrugia (1), P. Micallef, W. Ruggier (1), R. Sciortino (2), K. Mock, G. Massa, S. Apap, M. Guidi (2), L. Pursehouse (1), N. Rizzo, A. Micallef, L. Bowman

Referees: Richard Magri, Alessandro Roberty

OTTERS NIVEA……………. 10

TA’ XBIEX AMIGOS………. 6

(2-3), (4-0), (2-3), (2-0)

Otters: M. Xerri, M. Bonnici (1), K. Scicluna, K. Micallef, M. Meli (1), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech (2), P. Smiljevic (6), M. Farrugia, A. Dimech, M. Grech, T. Mifsud

Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (1), V. Figliomeni, L. Grech Carr, F. Scardino (2), M. Jelaca (1), J. Saliba (1), A. Camenzuli, M. Soler, J. Culic, Z. Bartolo, P. Tabone (1), A. Theuma, T. Fenech

Referees: Stefan Licari, Giuseppe Fusco

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
San Ġiljan5320774413
Sliema5410745313
Sirens530252549
Neptunes521265597
Valletta510462793
Birżebbuġa500539800
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Marsaxlokk5500804615
Otters530255478
Exiles530265519
Marsaskala521255508
Ta’ Xbiex511350574
Barracudas500534880
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju: Marsaskala v Ta’ Xbiex 6.00pm, Marsaxlokk v Barracudas 7.15pm, San Ġiljan v Birżebbuġa 8.30pm

Is-Sibt 20 ta’ Lulju: Otters v Exiles 5.30pm, Neptunes v Valletta 6.45pm, Sliema v Sirens 8.00pm