Skont twissija maħruġa mill-Aġenżija tas-Siġurtà tas-Saħħa u l-Uffiċju Meterjoloġiku fir-Renju Unit, l-awtoritajiet qed iwissu lill-poplu Ingliż biex jibqa’ viġilanti, wara li ċertu postijiet fl-Ingilterra mistennija jesperjenzaw mewġa ta’ sħana.
It-temperatura mistennija tilħaq 30 grad celsius, il-Ġimgħa u anke’ s-Sibt, bil-possibbiltà li t-temperatura ma tinżilx anqas minn 20 grad celsius matul il-lejl.
Din il-mewġa ta’ sħana jaf twassal għal iżjed imwiet fost l-anzjani u persuni vulnerabbli. B’riżultat li din is-sitwazzjoni estrema taf tħalli impatt anke’ fuq is-servizzi tas-saħħa fir-Renju Unit.
//= $special ?>