Lokali Qorti

Żewġ nisa ammettew li mexxew burdell

Zewġ nisa mill-Moldova ammettew li mexxew burdell fl-Iklin.

Raisa Cialov ta’ 36 sena kienet ikkundannata sena ħabs sospiża għal 3 snin wara li ammettiet li mexxiet burdell fl-Iklin.  

Filwaqt li Snejana Belocurenco ta’ 29 sena, ġiet ikkundannata sena ħabs sospiżi għal 4 snin.

Huma tressqu fil-Qorti wara li l-Pulizija nnutaw diversi rġiel deħlin u ħerġin minn residenza fl-Iklin – u meta daħlu qabdu liż-żewġ nisa f’atti sesswali.

Belecurenco ammettiet mill-ewwel u kienet ikkundannata sena ħabs sospiżi għal 4 snin, filwaqt li l-każ fil-konfront ta’ Cialov kellu jibda jinstema’ quddiem il-Maġistrat; imma minflok għażlet li tammetti għall-akkużi miġjubin kontriha.