Lokali Unjoni Ewropea

Bernard Grech jawgura lil Ursula Von Der Leyen wara li ġiet eletta bħala President tal-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ post fuq Fcebook, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Berard Grech awgura lil Ursula Von Der Leyen wara li mill-ġdid ġiet eletta bħala l-President tal-Kummissjoni Ewropea għat-tieni mandat tagħha.

Hu sostna li meta tkellmu, huma qablu li l-politika tagħhom għandha tiffoka fuq it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u dawk Ewropej. Bernard Grech sostna wkoll li hi importanti li l-Unjoni Ewropea tieħu ħsieb aktar il-bżonnijiet ta’ pajjiżi żgħar bħal Malta.