Futbol Sport

Floriana u Marsaxlokk fl-azzjoni fil-leg tar-ritorn

(Ritratt: EPA)

Illum fl-azzjoni żewġ timijiet Maltin, Floriana barra minn darhom f’San Marino jilagħbu kontra Tre Penne. Floriana jibdew bħala favoriti li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd hekk kif fl-ewwel leg f’pajjiżna kisbu rebħa ta’ 3-1.

Minn naħa l-oħra, Marsaxlokk fis-Centenary Stadium jilqgħu lil Partizani tal-Albanija. Fl-ewwel leg Marsaxlokk kisbu riżultat pożittiv meta barra minn darhom temmew fi draw ta’ 1-1 fl-ewwel esperjenza tagħhom Ewropeja wara 15-il sena.