Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil Peter Agius għar-rwol li għadu kemm ġie elett fih mill-membri Parlamentari tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fi ħdan dan il-Kumitat, dan hekk kif il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Peter Agius inħatar bħala Deputat Koordinatur fil-Kumitat tal-Petizzjonijiet fi ħdan il-Parlament Ewropew.
Il-koordinaturi fi ħdan il-Parlament Ewropew jippermettu lill-Membri Parlamentari Ewropej jiffurmaw l-aġenda u l-prijoritajiet tal-kumitati rispettivi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech awgura wkoll lil Peter Agius għal din il-ħatra u tenna li l-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista kontinwament qed ikomplu jagħmlu unur lil pajjiżna u qed ikomplu jwettqu aktar ħidma għalik.
//= $special ?>