Appell biex Abela jerfa’ responsabbiltà politika – “Ir-responsabbiltà politika taqa’ fuqek”
Il-firda fil-Labour hija ċara li tinsab f’kull livell; mill-kurituri ta’ Kastilja sa saħsnsitra qalb iż-żgħażagħ Laburisti.
Dan hekk kif is-Segretarju Ġenerali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL), Maria Ellul, iddeskriviet lil Alex Agius Saliba u lil Daniel Attard – l-aktar żewġ kandidati li ġabu voti għall-Partit Laburista fl-aħħar elezzjonijiet, bħala “politiċi bla sinsla.”
Diskors miktub fuq il-midja soċjali bħala kumment wara li l-opinjonist Jeremy Camilleri kiteb li ma jistax jifhem kif ma vvutawx lill-kandidata xellugija, ċioè lil Irene Montero, bħala President għall-Parlament Ewropew.
Kumment li ċertament urta lill-faxxa ta’ Joseph Muscat, b’mod partikolari lill-eks uffiċjal f’Kastilja, Neville Gafà.
Gafà sostna li dawn huma affarijiet li ma jitwemmnux li s-Segretarju Ġenerali tal-FŻL toħroġ tattakka b’dan il-mod lil Agius Saliba u Attard – li dawn ġabu bejniethom 76,000 vot mil-Laburisti.
Huwa saħaq li hemm klikka fil-Partit Laburista li qed tmexxi b’arroganza, klikka li qed tmexxi ‘l quddiem strateġija ta’ mibegħda kontra membri tal-familja tagħha stess – strateġija, kompla Gafà, orkestrata u appoġġjata minn id moħbija f’Kastilja.
Hawnhekk Gafà kompla billi staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela hux komdu b’dan il-kumment fil-konfront tal-MEPs Laburisti Alex Agius Saliba u Daniel Attard – u x’passi dixxipplinarji se jkun qed jirrakkomanda fil-konfront ta’ Maria Ellul.
Dan filwaqt li staqsa lil Robert Abela jekk hux konxju tar-rabja li ġab tali kumment fost il-partitarji Laburisti.
Gafà finalment għabba lil Abela b’responsabbiltà politika hekk kif saħaq li jew jieħu azzjoni issa jew inkella se jħalli kollox għaddej – bir-responsabbiltà taqa’ kollha kemm hi f’idejh.
Huwa temm billi qal li l-Laburisti qed isegwu x’azzjoni se jkun qiegħed jieħu l-Mexxej… bl-inkwiet qalb il-Partit tal-Labour u għal Robert Abela jkompli jżid jum wara l-ieħor.
//= $special ?>