F’konferenza stampa li ġiet organizzata eżatt wara l-elezzjoni ta’ Von Der Leyen, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola sostniet li din l-elezzjoni se tgħin sabiex ikun hemm sens ta’ kontinwità fi ħdan il-Kummissjoni u l-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Von Der Leyen sostniet li tinsab onorata li reġgħet ġiet fdata b’dan ir-rwol. Hi fakkret kif bħala Unjoni għaddejna minn ħafna sfidi, iżda flimkien għelibnihom.
Hi kompliet tgħid li se tibda tibni t-tim tal-Kummissjoni, u se timmira li jkun hemm bilanċ ta’ nisa u rġiel fi ħdan il-Kummissjoni. F’Awwissu se tibda tkellem lil mexxejja tal-istat madwar l-Unjoni Ewropea sabiex huma jmexxu ‘l quddiem isem ta’ xi ħadd biex isiru Kummissarji.
Von Der Leyen irringrazzjat lil kull min wera l-fiduċja fiha sabiex terġa’ tmexxi l-Kummissjoni għall-5 snin li ġejjin, li se tikkonsisti f’ħidma sabiex tissaħħaħ id-demokrazija tal-Unjoni.
//= $special ?>