Enerġija Lokali Transport

“Qedgħin f’ġungla” – il-Prim Ministru f’Londra u n-nies frustrati li ħallihom bla dawl

Il-post ta’ propaganda li għamel il-Prim Ministru fuq il-midja soċjali ma tantx niżlet tajjeb. B’ħafna nies jispiċċaw jikkundannaw lil Robert Abela għall-fatt li qed jibqa’ ċass quddiem il-problema tat-traffiku, in-nuqqas ta’ ppjanar u l-qtugħ kontinwu fil-provvista tad-dawl.

Fuq Facebook, Robert Abela ħabbar li aktar kmieni llum wasal f’Londra. Bin-nies pronti jwieġbu “u aħna hawn bla dawl!”

Iżda l-aktar kummenti komuni kienu dawk dwar in-nuqqas ta’ ppjanar fit-toroq u proġetti infrastrutturali. Bil-Ministru Chris Bonett u l-kandidat Laburista Steve Ellul jispiċċaw fil-mira ta’ kritika qawwija.

Xi ħadd kiteb li kull meta toħroġ fit-toroq tħossok qiegħed f’ġungla.

Kumment ieħor stqarr: “bit-tajjeb beda Steve Ellul!” Dan b’referenza għall-job li ngħata dan il-kandidat Laburista fit-tmexxija ta’ Infrastructure Malta, wara li ma rnexxilux jikseb siġġu fi Brussell.