Lokali

Raġel iweġġa wara inċident bil-mutur fl-Imsida

Il-Ħamis għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied ta’ L-Imsida, l-Imsida.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti Santa Venera u mutur Wottan Storm-S misjuq minn raġel ta’ 29 sena miż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi u għalhekk ngħata l-għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u iktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.