Il-ġurnal ‘In-Nazzjon’ kixef kif Robert Abela, akkost ta’ kollox, irid iżomm il-pożizzjoni tiegħu fit-tmexxija tal-Labour – u ser jagħmel dan billi jaħdem kontra sħabu stess. Dan hekk kif diversi sorsi miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qed jgħidu li Ramona Attard qiegħda f’riskju li titneħħa minn President tal-Partit Laburista.
F’Settembru li ġej se jsiru elezzjonijiet interni fil-Partit Laburista wara li Robert Abela ħabbar li Daniel Micallef se jispicca minn Deputat Mexxej tal-Partit. Dan il-pass kien mistenni bħala parti minn sforz biex jerġa’ jorganizza t-tmexxija tal-Labour wara r-riżultati diżappuntanti fl-elezzjonijiet li għaddew.
In-Nazzjon kixef li Robert Abela qed juża dawn l-elezzjonijiet interni biex ineħħi lil Ramona Attard minn President tal-Partit Laburista. Din il-mossa, skont sorsi mill-Partit Laburista, hija maħsuba biex Abela juri li qed jieħu azzjoni – meta fil-verità qed jaħdem biex jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala Mexxej tal-Partit.
Diversi sorsi fil-Partit Laburista esprimew it-tħassib tagħhom li Robert Abela qed jagħmel minn kollox biex iżomm il-kariga tiegħu, inkluż billi jaħdem kontra dawk viċin tiegħu.
Fl-istess waqt….jidher li Abela qed jippjana tibdiliet fit-tmexxija biex juri li qed jieħu l-affarijiet bis-serjetà. Iżda l-verità hi li dawn it-tibdiliet huma biss faċċata biex iżomm postu.
//= $special ?>