Ewropa Internazzjonali

Summit Ewropew: Zelensky jgħid li Putin ma rnexxilux jaqsam l-Ewropa

Bħalissa, il-Komunità Politika Ewropea qed tiltaqa’ fil-Palazz Blenheim, fl-Ingilterra, fejn hemm rappreżentati kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa.

Waqt din il-laqgħa, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky irringrazzja lil dawk kollha li appoġjaw lill-Ukrajna fit-triq lejn id-dħul tagħha fl-alleanzi tan-NATO u fl-UE. Qal ukoll li r-Russja falliet mill-miri ġodda tagħha – inkluż l-avvanzi f’Kharkiv.

Zelensky qal li hemm bżonn aktar appoġġ mingħand l-Ewropa, sabiex iwaqqfu l-attakki Russi.

Matul dan is-summit intwera ħafna appoġġ, speċjalment mingħand il-Prim Ministru tad-Danimarka, Mette Frederiksen, u l-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit, Keir Starmer. It-tnejn qalu li l-Ewropa għandha bżonn tipprovdi aktar armi sabiex iwaqqfu l-avvanzi Russi.

Starmer qal ukoll li r-Renju Unit se jkun ħabib kbir tal-Ewropa, u flimkien mal-UE se jaħdmu għal paċi u sigurtà.