In-nies madwar l-Ewropa qed jesperjenzaw temperaturi għoljin ħafna bħalissa. Tant hu hekk li s-sistema MeteoAlarm ħarġet twissija rari għal diversi partijiet tal-Italja, il-Kroazja u l-pajjiżi tal-Balkani.
Dawn huma ftit mit-temperaturi għal dawn il-jiem:
Franza: Fl-eqqel tal-Olimpjadi, it-temperaturi se jitilgħu sa madwar 34C.
Spanja: Dan il-pajjiż Mediterran li għadu kif rebaħ it-Tazza Ewropea, se jaffaċċja temperaturi għoljin ħafna ta’ bejn 39C u 41C.
L-Italja: Waqt li normalment, it-temperaturi jitilgħu sa madwar 36C, minħabba l-umidità hemm ċans li f’Palermo t-temperaturi jitilgħu sa 44C.
Greċja: It-temperaturi se jogħlew bil-mod minn 34C sa 36C, iżda f’Korfu u Ateni se jitilgħu sa madwar 40C, qabel ma jerġgħu jinżlu.
Oħrajn: Temperaturi se jkunu fil-livell ta’ bejn 35C u 40C madwar ħafna pajjiżi, iżda hemm ċans li fl-Eġittu jkun hemm temperaturi jikwu fil-livell ta’ 50C.
//= $special ?>