Internazzjonali Mużika

Tislima lil Tomcraft – Dj u producer li kien maħbub ferm fost il-Maltin

Din il-ġimgħa tħabbret il-mewt tad-Dj popolari Tomcraft, illi miet fl-età ta’ 49 sena.

Tomcraft, li ismu propja kien Thomas Brückner, huwa Dj Ġermaniż li għamel isem fix-xena tal-clubbing internazzjonali lejn l-aħħar tas-snin 90 u l-bidu tal-millenju l-ġdid. Sakemm imbgħad fl-2003 ħarġet it-trakk ‘Loneliness’ li tagħtu status internazzjonali.

Din it-track kienet laħqet il-pożizzjoni numru 8 fir-Renju Unit fl-2002. Biex imbgħad sena wara laħqet il-quċċata taċ-charts.

F’pajjiżna wkoll, Tomcraft kellu ħafna segwaċi, speċjalment minħabba l-fatt li fl-2003 ‘Loneliness’ kienet tindaqq f’kull festival u post tad-divertiment madwar Malta u Għawdex.