Lokali Unjoni Ewropea

Tkompli l-ħidma ta’ Roberta Metsola għas-sentejn u nofs illi ġejjin

Wara r-riżultat storiku li assistejna għalih it-Tlieta meta l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kisbet vot b’saħħtu ferm sabiex tkompli tmexxi f’dan l-irwol, issa se tkun qed tibda l-ħidma tal-MEPs kollha għall-10 leġiżlatura.

F’intervista esklussiva ma’ Net News, Roberta Metsola qalet li issa se tkun qed tibda l-ħidma tagħha favur Unjoni Ewropea aktar b’saħħitha.

Roberta Metsola ġiet eletta mill-ġdid bħala President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs illi ġejjin. Dan wara li kisbet 562 vot mill-MEPs – maġġoranza assoluta minn fost 699 deputat Ewropew, l-akbar ammont ta’ voti fl-istorja tal-Parlament Ewropew.

Ma’ dan l-istazzjon, Roberta Metsola waslet il-messaġġ tagħha wara dan il-vot storiku.

Jappoġjaw lil Roberta Metsola fi Strasburgu kien hemm l-MEPs tal-PN, David Casa u Peter Agius.

Minbarra li hi l-ewwel President Maltija tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola hi wkoll l-iżgħar President fl-istorja. U issa, se sservi it-tieni mandat tagħha.