Internazzjonali Qorti

16-il sena ħabs għall-ġurnalist Amerikan Evan Gershkovich

Il-qorti fir-Russja kkundanat lill-ġurnalist Amerikan Evan Gershkovich 16-il sena ħabs, wara li nstab ħati ta’ spjunaġġ.

Gershkovich ġie arrestat għall-ewwel darba f’Marzu li għadda, wara li kien fuq vjaġġ fil-belt ta’ Yekaterinburg, fir-Russja.

Il-prosekuzzjoni akkużat lil Gershkovich li kien qed jaħdem mal-Aġenżija Ċentrali tal-Intelligenza (CIA) – akkuzi li Evan Gershkovich fliemkien mal-ġurnali Amerikani u l-Istat Uniti stess jiċħdu.

Din hija l-ewwel kundanna f’30 sena, fejn ġurnalist Amerikan nstab ħati ta’ spjunaġġ fir-Russja.

Intant, il-President tal-Istat Uniti Joe Biden stqarr li se jagħmlu dak kollu possibli biex Gershkovich jingħata ħelsien mill-arrest, filwaqt li jkompli jgħinu lil-familja tiegħu.

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ukoll ikkundannaw dan il-verdett u stqarru li r-Russja qegħda tikkastiga lill-ġurnalisti .