Sport

IBBURDJAR: Jubatus ta’ Sean Borg jirbaħ l-64 edizzjoni tat-tellieqa Malta – Siracusa

Fid-debutt tagħhom f’waħda mill-eqdem tiġrijiet fil-Mediterran – il-Malta-Syracuse Offshore Race – il-jott Jubatus ta’ Sean Borg ġabet lura numru sostanjzali ta’ trofej meta  kienu l-ewwel dgħajsa li spiċċaw it tellieqa  u l-ewwe jott fuq ħin korret.  It-trofej li [abu lura kienu jinkludu l-RMYC IRC Trophy – rebbieħ ġenerali tal-IRC, l-Easy Perfection Trophy ippreżentat lir-rebbieħ ġenerali fil-Klassi ORC, u l-RMYC Trophy għall-ewwel Dgħajsa Maltija fl-IRC.

Il-Malta-Syracuse Offshore Race, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracuse), bdiet f’Malta nhar is-Sibt. Il-bidu tat-tellieqa ta’ 80 mil nawtiku jalterna kull sena, b’din is-sena tispiċċa f’Sirakuża.

It-tiġrija bdiet ftit ‘il barra minn Tigné Point, fejn madwar tletin dgħajsa kellhom korsa sa baga, segwita minn korsa  dritta lejn Siracusa. Il-kundizzjonijiet tar-riħ fil-bidu kienu ħfief b’riħ mit-Tramuntana, li laħaq madwar sitt mili nawtiċi fis-siegħa. Dawn il-kundizzjonijiet baqgħu jippersistu għall-ewwel parti tat-tellieqa.

Jubatus ta’ Sean Borg ħadu l-vantaġġ fejn stabbilixxew distakk komdu quddiem il-jott Vivace ta’ Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele u Donna Rosa 2 ta’ Riccardo Schininà. Ir-riħ qabad iżid qrib Capo Passero, fejn ippermetta lil Jubatus jiksbu aktar mili vantagg fuq il-flotta. Transizzjoni tar-riħ qrib it-tmiem rat lil Jubatus jonqos il-veloċità tagħha iżda xorta waħda setgħu jieħdu r-rebħa.

“Din kienet l-ewwel darba li l-jott Jubatus għamlet din it-tellieqa. Filwaqt li t-tim tas-soltu ma kienx disponibbli, ngħaqadna ma’ baħrin oħra. Kellna bidu tajjeb, fejn konna l-ewwel mill-bidu tat-tellieqa. Minħabba riħ ħfief fl-aħħar fisser li ma stajniex nirbħu r-rekord tal-korsa, iżda nerġgħu nippruvaw is-sena d-dieħla.” Stqarr b’entużjażmu Sean Borg, kaptan ta’ Jubatus.

It-tieni dgħajsa fil-post kienet Vivace, fejn Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele tellqu double handed. L-artista ta’ Anton Calleja, spiċċa fit-tielet post. Fis-Sezzjoni tal-Cruisers , Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit, rebaħ il-kategorija segwit minn Janissah ta’ Mario Debono.

It-tim tar-Race Management għall-bidu tat-tiġrija kienu mmexxija minn Martin Azzopardi, li kien assistit minn Michelle Caruana. Id-dmirijiet ta’ tqegħid tal-marki saru minn Arthur Van Der Deijl u Guy Baranyay.