Gvern Laburista ħali li qed jonfoq il-flus bla pjan – Bernard Grech
Wara l-martirju tas-sena l-oħra wegħduna li mhux se jerġa’ jiġri l-istess, din is-sena imma pajjiżna għadu qed jaffaċċja l-kriżi fil-qasam tal-enerġija.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech hekk kif saħaq li minħabba n-nuqqas ta’ investiment fl-aħħar 10 snin saret normalità li fis-sajf, għal diversi ġranet, f’ħafna lokalitajiet, ikollna d-dlam minflok id-dawl.
Huwa qal li qalulna wkoll li xtraw power station temporanja ta’ €46 miljun, iżda din għadha ma waslitx. Għal dan in-nuqqas ta’ pjan, qed ibati l-poplu kollu.
Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna li ta’ kuljum lokalitajiet sħaħ qed iqattgħu sigħat twal bla dawl. Huwa elenka wkoll il-fatt li l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku qed jolqot lil eluf ta’ familji u anke lil bosta persuni li jsofru minn ċertu kundizzjonijiet mediċi.
Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jinvesti b’serjetà fid-distribuzzjoni tad-dawl. Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed jara li l-poplu ma jibqax ibati min-nuqqas u mill-qtugħ fid-dawl.
//= $special ?>
