Ewropa Kultura Lokali

Ħames proġetti ta’ Heritage Malta ffinanzjati mill-UE

L-organizzazzjoni Heritage Malta kkonfermat d-dedikazzjoni tagħha lejn ħames proġetti ffinanzjati mill-UE – Clean Oceans u l-erba’ proġetti tal-Horizon Europe: ENIGMA, STECCI, IMPULSE u HERITALISE.

Flimkien ma’ numru ta’ organizzazzjonijiet oħra, Heritage Malta se taħdem sabiex tippreserva, tipproteġi u tippromwovi l-wirt kulturali, u tindirizza sfidi moderni bħat-tibdil fil-klima u t-traffikar tal-kummerċ. Dan billi tuża teknoloġiji biex twassal id-diġitazzjoni, koservazzjoni u l-impenn tal-komunità.

Heritage Malta se tiżgura li l-wirt kulturali ta’ Malta se jibqa’ aċċessibbli u sostennibbli għall-ġenerazzjonijiet tal-futur.