Wara rapporti li sistema tal-IT falliet mad-dinja kollha, jidher li dan ħarbat ukoli l-wasla tal-atleti tal-Olimpjadi li se jibdew fis-26 ta’ Lulju, f’Pariġi.
L-organizzaturi ta’ dan l-avveniment internazzjonali stqarru li qed jesperjenzaw problemi tekniċi relatati mas-‘software update’ tal-kumpanija Crowdstrike li falla aktar kmieni llum. Barra minn hekk, huma komplew bili ddikjaraw li qed jimplimentaw pjan ta’ kontiġenza sabiex jibdew bla xkiel l-attivitajiet tal-Olimpjadi f’Pariġi.
Dan il-qtugħ ħarbat is-sistema tal-akkreditazzjoni tal-kontinġenti tal-pajjiżi varji, hekk kif l-atleti mhux se jkunu kapaċi jiġbru l-badge tagħhom qabel nhar il-Ġimgħa – u allura qabel iċ-ċerimonja li se ssir fix-xmara Seine.
Dan se jittardja wkoll il-wasla tal-parteċipanti tal-Olimpjadi, hekk kif qed naraw rapporti ta’ kjus twal u dewmien mill-ajruporti.
Intant, il-kumpanija saħqet li qed tieħu azzjonijiet ta’ mitigazzjonijiet biex tissolva din il-problema tas-software.
//= $special ?>