Qorti fir-Russja kundannat lill-ġurnalista Amerikan Evan Gershkovich għal sittax-il sena priġunerija u meta hu jrid jiskonta s-sentenza f’ħabs ta’ sigurtà massima, Il-verdett ta’ ħtija kien jitratta każ ta’ spjunaġġ, bil-proċess tal-qorti jibqa’ magħluq għall-media fost il-kundanna ta’ qrabatu, l-uffiċjali tal-Gvern Amnerikan u d-diretturi tal-gazzetta Wall Street Journal li hu mpjegat magħha Gershkovich.
Il-ġurnalist kien spiċċa arrestat f’Marzu waqt li kien għaddej b’rappurtaġġ fil-belt ta’ Yekaterinburg, li tinsab xi 1,600 kilometri lejn il-lvant ta’ Moska.
L-arrest kien sar mis-servizzi tas-sigurtà Russi u bil-prosekuturi, wara, jakkużaw lil Gershkovich bħala spjun għas-Central Intelligence Agency (CIA) tal-Istati Uniti….Akkużi li skont il-ġurnalista nnifsu, il-Wall Street Journal u l-Gvern Amerikan, huma għal kollox infondati.
Il-każ ta’ Evan Gershkovich hu wkoll sinifikanti għaliex din hi l-ewwel darba li ġurnalist Amerikan spiċċa kundannat għal allegat spjunaġġ fir-Russja mindu ntemmet il-Gwerra Bierda bejn l-Istati Unit u l-eks Unjoni Sovjetika, 30 sena ilu,
//= $special ?>