Is-settur tas-saħħa qiegħed kontinwament jikkrolla, bil-Gvern mifni f’emerġenza fi ħdanu emerġenza f’dan il-qasam.
Dan kien sostnut matul konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mix-Shadow Ministers Adrian Delia u Ian Vassallo fejn fl-aħħar jiem il-Ministru tas-Saħħa kellu joħroġ tender b’emerġenza biex jipprova jsolvi l-problema li għandu fl-emerġenza – prova tan-nuqqas ta’ ppjanar mill-Gvern ta’ Robert Abela anke fejn tidħol l-iktar ħaġa importanti, is-saħħa.
Intqal li dan huwa prezz tat-tradiment tal-pazjenti, hekk kif il-Gvern anki qed jinganna lill-poplu dwar ward “ġdida”, fejn anki l-MAM qalet li dak li ħabbar il-Gvern huwa fake news.
Il-Gvern qed imexxi dan is-settur, fost bosta setturi oħra bl-idea ta’ management by crisis, fejn kulma jmur qed joħroġ fiċ-ċar li qed ibatu l-pazjenti b’riskju li jitilfu ħajjithom minħabba li l-Gvern hu fi kriżi u qed iġib il-kriżi fis-saħħa, fejn anki qed naraw xenarju ta’ musical chairs fost id-Diretturi għax hemm inkompetenza fit-tmexxija.
Minħabba l-kriżi li wkoll hemm fl-emerġenza, qed jinħolqu bottle necks fis-swali l-oħra, b’nuqqas ta’ spazju fl-isptarijiet Maltin.
Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista elenkaw il-fatt ukoll li apparti s-sitwazzjoni fl-isptarijiet u l-bereġ, hemm kriżi oħra tal-mediċina out of stock, u mhux biss mediċina li ma ssibhiex, imma wkoll kwalità inferjuri fil-mediċina li qed tingħata.
Il-Partit Nazzjonalista huwa dak il-Partit li anki mill-Oppożizzjoni qed jiġġieled biex ikollna servizz tas-saħħa tajjeb. Partit Nazzjonalista fil-Gvern jara li jsir investiment serju, bi pjan, fejn anki permezz tal-mudell ekonomiku b’viżjoni ta’ eċċellenza li se jkun qed jadotta, il-kriżijiet f’dan il-qasam u f’oqsma oħra jittafew u mhux ikomplu jiżdiedu.
Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-Partit li investa fis-saħħa. Il-Partit Nazzjonalista jiggarantixxi li jsir investiment fl-Isptar San Luqa, u li dan ikun inkorporat fis-sistema tas-saħha. B’hekk ikun hemm żieda fl-ammont sostanzjali ta’ sodod bżonjużi għall-pazjenti, u ma nħallux pazjenti fil-kurituri, stores u canteens. Il-Partit Nazzjonalista huwa garanzija li jkunu mtejba l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa biex ikunu attirati aktar nies lejn dawn il-professjonijiet u li anki jkun hemm apparat tas-saħħa mill-aktar modern, li jgħin bl-aqwa mod fil-kura tal-pazjent.
//= $special ?>