Lokali

Kors għal grad ta’ Master fuq is-soċjetà, il-kultura u l-patrimonju Malti

Jinteressak li tidħol għal grad ta’ Master fuq is-soċjetà, il-kultura u l-patrimonju Malti?

L-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta’ Malta qed joffri l-opportunità li tidħol għal kors akkademiku f’livell ta’ Master fuq aspetti interdixxiplinari li jeżaminaw l-identità kulturali, il-patrimonju artistiku, arkitettoniku u naturali ta’ Malta. 

Il-kors iħares ukoll lejn aspetti varji li għandhom impatt fuq is-soċjetà Maltija bħalma huma l-familja u t-tibdil fis-soċjetà; kif ukoll ir-reliġjon, il-festi, il-mużika, l-ikel, u l-agrikultura.

Il-kors jevalwa l-impatt li emigrazzjoni, il-politika, l-ekonomija u l-industrija għandhom fuq is-soċjetà Maltija, f’kuntest Mediterranju u Ewropew.

Il-kors joffri sfida lil min hu interessat li japplika biex jifhem aħjar min huma verament il-Maltin u r-rwol soċjo-kulturali ta’ Malta fil-Mediterran.

L-applikazzjonijiet ta’ dan il-kors jagħlqu nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju, fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar (www.um.edu.mt/apply).

Il-kors miftuħ għal min għandu grad ta’ Baċellerat mill-Università ta’ Malta jew kwalifiki ekwivalenti. Min m’għandux dawn il-kwalifiki, jista’ jiġi kkonsidrat, mill-proċess ta’ Recognition of Prior Learning (https://www.um.edu.mt/services/health-wellness/sas/rpl/).

Biex tirreġistra għal dan il-meeting jew għal aktar informazzjoni żur is-sit ta’ Facebook: https://www.facebook.com/um.maltesestudies/ jew tista’ tibgħat email fuq: maltesestudies@um.edu.mt, jew iċċempel 23402566/3305.