Il-MAM iddikjarat li ma nfetħet l-ebda sala ġdida f’Mater Dei kif ingħad mill-Ministru tas-Saħħa.
Jirriżulta li Ward M10 kienet waħda mis-swali temporanji make shift li nfetħu l-ewwel darba fl-2020 waqt it-tħejjijiet tal-Covid. Din kellha tkun miżura temporanja peress li l-post qabel kien il-canteen tal-istaff.
Dak li sar kien upgrade għal perjodu ta’ tliet xhur u issa s-sala reġgħet fetħet; madankollu s-sala ma toffrix l-istess livell ta’ privatezza bħas-swali oriġinali ta’ Mater Dei filwaqt li għandha ħafna difetti.
Il-MAM, fi stqarrija, tikkundanna dikjarazzjonijiet qarrieqa li saru lill-istampa fejn żiedet kif mill-2020 il-professjonisti kollha tax-xogħol fl-isptar jibqgħu mingħajr canteen.