S’issa r-Renju Unit esperjenza Lulju b’ħafna xita u temperaturi baxxi – iżda din il-ġimgħa faqqgħet heatwave, tant li t-temperaturi qed jitilgħu sal-livell ta’ 32C.
Dawn it-temperaturi jidher li se jolqtu l-aktar lejn il-lvant u x-xlokk tal-Ingilterra.
Dan se jwassal biex illum tkun l-aktar ġurnata sħuna tas-sena.
Minbarra l-Ingilterra, Wales ukoll se jesperjenza temperaturi fil-livell ta’ 28C- l-istess livell bħall-ogħla ġurnata ta’ din is-sena, f’Ġunju li għadda.
Minkejja dan kollu, la l-Iskozja u lanqas l-Irlanda mhuma se joqorbu lejn l-ogħla temperaturi tas-sena. Anzi, se jesperjenzaw xita u temperaturi baxxi fil-livell ta’ bejn 18C u 22C.
//= $special ?>