Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky iltaqa’ mal-Kabinett Ingliż fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Keir Starmer, f’Downing Street.
Zelensky uża din l-opportunità biex jitlob il-permess tar-Renju Unit ħalli l-Ukreni jattakkaw bażijiet Russi bl-armi pprovduti mingħand ir-Renju Unit. Qal li t-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq armi pprovduti mingħand l-alleanza tan-NATO – li jinkludu dawk tar-Renju Unit – biex jolqtu bażijiet fir-Russja tista’ tkun essenzjali għall-miri tal-Ukrajna.
Minkejja dan, il-Kabinett irrifjuta li jappoġġa din l-azzjoni.
Qal li l-mod kif l-Ukreni jużaw l-armi pprovduti mingħand ir-Renju Unit huwa “deċiżjoni tagħhom”, sakemm ma jkissrux il-liġijiet internazzjonali.
//= $special ?>