Huwa ċar li l-Gvern m’għandux soluzzjoni għall-qtugħ tad-dawl; għajr għal power station temporanja li taħdem bid-diesel… u li suppost se tkun qed topera f’nofs Awwissu. Bil-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo joħroġ jiddefendi lill-Ministru Miriam Dalli.
Clayton Bartolo ddefenda wkoll liċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Ryan Fava, u b’mod mill-aktar surreali faħħar il-fatt li f’intervista mat-Times sqarr li kieku għalih, il-power station tad-diesel bdiet topera minn issa.
Mistoqsi minn se jkun qed jerfa’ responsabbiltà b’rabta mal-qtugħ tad-dawl… minkejja li għaddiet sena mill-kriżi tas-sajf li għadda… Clayton Bartolo qalilna ma tistax taqbad u tfaqqa’ subgħajk.
Dan filwaqt li l-Ministru Owen Bonnici insista li l-Gvern tal-Labour għandu pjan… liema pjan s’issa jidher hu power station temporanja li taħdem bid-diesel… u li se topera f’nofs Awwissu.
Il-verità hi, li fil-jiem li ġejjin il-poplu Malti u Għawdxi sfortunatament mistenni jibqa’ rassenjat għal aktar blackouts fl-eqqel tas-sajf; minkejja l-wegħdi u l-apoloġiji kollha li saru 12-il xahar ilu.
//= $special ?>
