Lokali

“Kienet qalbha tad-deheb” – Mirabelle Falzon hi t-tfajla li tilfet ħajjitha fit-traġedja ta’ Wied il-Għajn

Mirabelle Falzon hija t-tfajla mis-Siġġiewi li tilef ħajjitha fit-traġedja li seħħet aktar kmieni illum fil-bajja ta’ San Tumas.

Fuq il-media soċjali, kien hemm għexieren ta’ kummenti minn ħbieb tagħha li esprimew ix-xokk tagħhom għal din l-aħbar. B’ħafna minn sħabha jgħidu li kienet għalihom sajjetta fil-bnazzi.

“Kienet persuna b’qalbha tad-deheb”, qaltilna waħda mill-ħbieb li tafha sew minn żmien l-iskola.

Nies li kienu fil-post spjegaw ma’ Net News li Falzon dehret tgħum, meta fid-daqqa u l-ħin waqa’ l-blat fuqha. Dan ħoloq kommossjoni fil-bajja ta’ San Tumas, sakemm waslet l-assistenza tal-Pulizija u tas-CPD.

It-tfajla, sfortunatament, mietet fl-Isptar Mater Dei. Hi kellha 22 sena.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali.