Hekk kif id-dinja qed tesperjenza problema qawwija fis-sistemi tal-IT, issa anke l-ajruporti u servizzi tas-saħħa fl-Ingilterra ġew milquta minn dan il-‘content update’ li falla. B’konsegwenza ta’ dan, it-tobba fl-Ingilterra qed jaffaċċjaw problema biex jaċċessaw ir-rekords fis-sistemi tal-pazjenti – bis-servizzi tal-ispiżeriji jigu wkoll affettwati.
Barra minn hekk, huwa mifhum li l-ajurporti fir-Renju Unit qed jaraw kjus twal u dewmien, b’riżultat ta’ dawn l-avvenimenti.
Il-kumpanija tas-cybersecurity ‘Crowdstrike’ spjegat li dan il-qtugħ fis-servizz kien ikkawżat minn difett fil-‘content update’ u l-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija, George Kurtz, spjega li l-problema ġiet identifikata u li qegħdin jaħdmu biex tissolva.
Il-Gvern Ingliż qal li l-Ministri qegħdin jaħdmu mas-setturi u l-industriji rispettivi sabiex tissolva din il-kwistjoni.
Intant, kelliema mill-NHS saħqu li dan il-qtugħ qed iħalli impatt fuq l-appuntamenti u sistema ta’ rekords tal-pazjenti, filwaqt li qed jinformaw biex il-pazjenti jibqgħu jattendu l-appuntamenti tagħhom, sakemm ma jkunux infurmati mod ieħor.
//= $special ?>