Lokali

Tfajla ta’ 22 sena tmut wara li waqa’ xi blat fuqha

Tfajla ta’ 22 sena li tgħix is-Siġġiewi, sfortunatament tilfet ħajjitha wara li waqa’ fuqha xi blat mill-irdum, waqt li kienet qrib il-baħar.

L-inċident seħħ għal xi t-3pm, fl-inħawi magħrufa bħala l-Munxar fil-limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejħu wkoll tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, imma sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.