Internazzjonali

Trump jaċċetta n-nomina Repubblikana għall-elezzjoni presidenzjali hekk kif jagħmel l-ewwel diskors mill-attentat ta’ qtil

Donald Trump qed jindirizza l-konvenzjoni Repubblikana f’Milwaukee hekk kif jerġa’ lura fuq il-palk għall-ewwel darba minn attentat fuq ħajtu f’rally nhar is-Sibt li għadda. Waqt il-konvenzjoni huwa iddeskriva l-attentat fuq ħajtu hekk kif stqar li ħass il-balal tal-assassin jolqtu l-widnejh filwaqt li qal lill-folla “Kelli lil Alla fuq in-naħa tiegħi”

Melania Trump qed tagħmel dehra pubblika rari biex tara d-diskors ta’ żewġha, flimkien ma’ membri oħra tal-familja fil-kaxxa tal-VIP filwaqt li Dana White, il-kap tal-Ultimate Fighting Championship, aktar kmieni introduċiet lill-eks president wara li l-leġġenda Hulk Hogan ċarrat il-qmis u qal lill-Amerikani biex iħaddnu “Trumpamania”

Filwaqt li r-Repubblikani jinsabu jiċċelebraw, il-President Amerikan Joe Biden qed jiffaċċja mistoqsijiet ġodda dwar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni mill-ġdid fejn allegatament, l-ogħla Demokratiċi esprimew tħassib dwar il-kapaċità tiegħu li jirbaħ.

Trump lo semma isem Biden darba biss fid-diskors tiegħu, iffoka primarjament fuq id-deportazzjoni tal-migranti b’mod massiv, l-ekonomija u l-inflazzjoni, u l-Amerika li turi s-“saħħa”.