Żewġt żgħażagħ minn Bormla, iżda residenti Pembroke, ġew mixlija quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li sawtu lil dik li kienet il-ħabiba tagħhom u li wettqu attakk fl-appartament tagħha f’Tal-Pietà, li huwa proprjetà ta’ missierha. L-allegata vittma hija wkoll żagħżugħa ta’ 18-il sena.
Il-vittma spiċċat kollha tbenġil bix-xeba’ li qalgħet u allegatament, minbarra fil-flat saret ukoll ħsara fil-karozza tagħha. L-inċident seħħ fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu fi triq id-Duluri. L-akkużati – Shamiason Mamo ta’ 21 sena u oħtu ta’ 16-il sena, wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. Huma ġew mixlija wkoll li ħebbew għal ħabib tal-allegata vittma.
Huma ġew mixlija wkoll li volontarjament ħassru, għamlu ħsara jew għarrqu ħwejjeġ ħaddieħor, mobbli jew immobbli u cioè ħsara fuq karozza Toyota. Ġew mixlija wkoll li wettqu ħsara fuq l-għamara tar-residenza u oġġetti oħra, liema ħsara tammonta għal €5,000.
Ġew mixlija wkoll li ħebbew għaliha u li kisru l-paċi pubblika, u li daħlu f’dar bi ħsieb li jagħmlu ħsara fuq il-proprjetà jew reat kontra l-persuna. L-Ispettur Elisia Scicluna xliethom ukoll li mingħajr il-ħsieb li joqtlu jew li jqiegħdu l-ħajja tat-tfajla f’periklu ċar, ikkaġunaw ħsara fil-ġisem jew fis-saħħa tagħha, liema ġrieħi huma ta’ natura ħafifa skont kif iċċertifikat mit-tabib David Grima mill-isptar St. James.
It-tfajla ta’ 16-il sena wahedha ġiet mixlija talli bejn nhar is-17 ta’ Lulju 2024 għall-ħabta tal-10pm u
nhar it-18 ta’ Lulju 2024 għall-ħabta tas-2am, fi Triq id-Duluri, f’Tal-Pieta’ żammet mus – u dan mingħajr ma kellha liċenzja jew permess mingħand il-Kummissarju.
Ġiet mixlija wkoll li sare reċidiva meta kienet instabet ħatja u kkundannata għall-reati, liema sentenzi saru defenittivi. Il-Qorti kienet mitluba li minbarra li tinfliġġi l-piena stabbilita mil-Liġi, jekk jidhrilha
xieraq tipprovdi tal-vittmi.
Saret talba għall-pleġġ mid-difiża mmexxija mill-Avukati Victor Bugeja u Julia Micallef Stafrace, li kienet opponuta mill-prosekuzzjoni, bil-Qorti tilqa’ t-talba għall-pleġġ fejn Shamiason Mamo ngħata l-libertà fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000, u li jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-Għassa tal-Pulizija. Oħtu ta’ 16-il sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5,000.
L-Avukat David Gatt deher għall-vittmi bħala parte civile.
//= $special ?>