New Zealand…….47(26)
Fiji………………………5 (5)
New Zealand: B. Barrett, Reece, Proctor, Liernert-Brown, Clarke, McKenzie, Ratima, Williams, Aumua, Newell, S. Barrett, Vaa’i, Jacobson, Blackadder, Savea.
Sostituzzjonijiet:: Bell, de Groot, Tosi, Darry, Sititi, Hotham, J. Barrett, Narawa.
Fiji: Botitu, Wainiqolo, Nayacalevu Vuidravuwalu, Tabuavou, Radradra, Armstrong-Ravula, Lomani, Mawi, Ikanivere, Doge, Nasilasila, Mayanavanua, L. Tagitagivalu, L. Tagitagivalu, Salawa, Mata.
Sostituzzjonijiet: Togiatama, Hetet, Tawake, Tuisue, Canakaivata, Kuruvoli, Muntz, Maqala.
Referee: Matthew Carley (RFU)
In-New Zealand komplew il-forma tajba tagħhom b’rebħa fuq il-Fiji bl-iskor ta’ 47-5, wara li ġimgħa ilu huma għelbu lill-Ingilterra f’darhom.
Fir-rebħa kontra l-Fiji, Il-All Blacks kellhom 6 plejers li ddebuttaw mat-tim Nazzjonali, fosthom Billy Proctor li beda fin-nofs, filwaqt li, Noah Hotham, u l-attakkanti Wallace Sititi, Sam Darry, Pasilo Tosi u George Bell daħlu jilagħbu minn fuq il-bank.
In-New Zealand kienu fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 26-5, b’dan ir-riżultat ikun l-inqas darba li skorjaw gowls il-All Blacks fi tmien partiti.
L-attakkant laterali u d-debuttant Caleb Clarke skorja mal-ewwel kwarta logħob qabel il-Fiji rrispondew permezz ta’ Vilmoni Botitu.
Proctor skorja wara l-half break mis-suġġeriment ta’ McKenzie, b’ Ardie Savea jiskorja try ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Sevu Reece li twieled fil-Fiji, pero jirrapreżenta lil New Zealand fetaħ l-iskor fit-tieni taqsima, segwit minn tries ta’ Ethan de Groot u Bell, biex Damian McKenzie jiskorja sitta mis-sebgħa tentattivi tiegħu.
New Zealand reġgħu fl-azzjoni fl-10 ta’ Awwissu kontra l-Arġentina f’ Wellington fl-ewwel rawnd tar-Rugby Championship.
Minn naħa l-oħra, L-Awstralja għamlitha tlett rebħiet minn tlieta taħt it-tmexxija l-ġdida ta’ Joe Schmidt wara li għelbet lil Georgia bl-iskor t’ 40-29 f’Sydney.
//= $special ?>