Ray Reardon li ddomina l-isnooker fis-sebgħinijiet miet il-ġimgħa li għaddiet fl-eta’ ta’ 91. Din l-aħbar ġiet imxandra dakinhar stess minn martu Carol.
Reardon rebaħ 6 titli mill-1970 sal 1978, b’dan ir-rekord jitfgħu ma’ fost l-aħjar plejers li qatt kien hawn fl-isnooker.
Il-laqam partikolari tiegħu ta’ ‘Dracula’ ġie minħabba l-qatgħa xagħar distintiva tiegħu.
Reardon rebaħ l-ewwel Pot Black tiegħu fl-1969, u kiseb it-titlu ta’ MBE fl-1985 mingħand ir-reġina.
Huwa rtira fl-1991 fl-eta’ ta’ 58, u serva bħala konsulent ta’ Ronnie O’Sullivan, li taħt il-konsulenza ta’ Reardon, rebaħ il-Kampjonat Dinji fl-2004.
Fl-2016, it-trofew tal-Welsh Open ġiet imsemmija għalih.
//= $special ?>